Anzjan ta’ 73 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ f’inċident tat-traffiku li fih inqaleb bil-vettura li kien qed isuq.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar, meta l-vettura li kien qed isuq l-anzjan, Kia Pride, għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura oħra, Ford Fortina, misjuqa minn ġuvni ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar.
L-anzjan sofra xi ġrieħi għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>