Sebastien Vettel kiseb l-ewwel rebħa tiegħu mal-Ferrari meta rebaħ sfida diretta ma’ Lewis Hamilton fuq il-Mercedes waqt il-Grand Prix tal-Malasja. Vettel li sieħeb il-Ferrari din is-sena minflok Fernando Alonso, rebaħ battalja tattika hekk kif il-Mercedes tħabtu bit-tyres fis-sħana tropikali.
Sieħeb Hamilton, Nico Rosberg, daħal it-tielet quddiem is-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Kimi Raikkonen li rkupra tajjeb minn puncture li kellu kmieni fit-tiġrija.
Il-McLarens ta’ Alonso u Jenson Button, it-tnejn irtiraw.
Il-prestazzjoni tal-Ferrari u ta’ Vettel kienet twissija għall-Mercedes u l-Formula 1, wara li t-tim Ġermaniż iddomina dan l-isport sa mill-bidu tal-istaġun li għadda.
Ir-rebħa fetħet il-possibilità li l-Mercedes se jkunu qed jiffaċċjaw sfida mhux mistennija għar-rebħ tat-titlu din is-sena fejn il-Ferrari kienu mal-pass taċ-Champions renjanti tul tmiem il-ġimgħa kollha.
Vettel li beda mit-tieni post, mar fil-vantaġġ meta l-Mercedes għażlu li jsejħu lil Hamilton għal pit stop wara waqfa bikrija minħabba s-safety car waqt li l-Ferrari ħallew lill-Ġermaniż fiċ-ċirkwit.
Il-Mercedes ippruvaw li jagħmlu parti kbira mit-tiġrija fuq tyres anqas veloċi imma aktar iebsa, għaliex sabu li dawn kienu aktar kompatibbli mal-karozza.
Imma Vettel għamel użu mit-tyres medium tul it-tiġrija kważi kollha u Hamilton ma kiens kapaċi jżomm il-pass.
Vettel kellu tmien sekondi vantaġġ meta għamel l-ewwel pits stop fis-17-il dawra, 13 il-dawra wara li Hamilton kien daħal meta ħarġet is-safety car u naqqas id-distakk minn ma’ Hamilton u Rosberg meta reġa’ daħal fit-ielet post.
It-tieni waqfa ta’ Hamilton, seba’ dawriet biss wara l-ewwel waqfa ta’ Vettel, poġġietu 24 sekonda wara l-Ferrari meta kienet għaddiet nofs it-tiġrija u kien fadal waqfa oħra biss kull wieħed.
Il-Mercedes komplew jemmnu li jistgħu jirbħu sakemm Hamiltion għamel l-aħħar waqfa tiegħu fit-38 dawra, dawra waħda wara Vettel.
Iċ-Champion tad-Dinja reġa’ daħal 14-il sekonda warajh u għalkemm kien ftit aktar veloċi mill-Ferrari ma kiens kapaċi jersaq biżżejjed viċin u Vettel żamm sewwa biex temm rebbieħ b’10 sekondi vantaġġ.
It-tensjoni li kien hemm fil-kamp tal-Mercedes kienet żvelata meta Hamilton iddubita mill-għażla tat-tim li jmur għal tyres iebsin fl-aħħar fażi kritika u l-inġinier tiegħu qallu li l-unika għażla oħra li kellhom kienet li jmorru għal tyres medium li iżda kienu wżati ħafna.Dan hu kaġun għall-fatt li l-Mercedes iddeċiedew li jużaw it-tyres veloċi fl-ewwel parti tal-kwalifiki, deċiżjoni bażata fuq il-preferenza tagħhom għal tyres iebsa fit-tiġrija imma li kienet tfisser li kellhom biss set wieħed ta’ tyres medium ġodda għat-tiġrija.
Ir-rebħa ta’ Vettel kienet l-40 waħda fil-karriera, waħda anqas mil-leġġendarju Ayrton senna li jinsab fit-tielet post fil-lista ta’ kull żmien. Kienet ukoll l-ewwel darba li l-Mercedes ġew megħluba sa mill-Grand Prix tal-Ungerija f’Lulju tas-sena l-oħra.
Dan hu riżultat mill-aktar soprendenti għall-Ferrari li l-istaġun li għadda kellhom l-agħar riżultati f’21 sena.Il-progress kbir tal-Ferrari kien irrimarkat fis-sħana kbira meta Raikkonen irkupra biex temm ir-raba’. Huwa beda mill-11-il post, tilef parti kbira minn dawra sħiħa minħabba puncture fit-tieni dawra, imma megħjuna mis-safety car naqqas id-distakk, saq tajjeb u kiseb l-aħjar riżultat possibli.
Wara l-Finlandiż daħlu ż-żewġ karozzi tal-Williams ta’ Valtteri Bottas u Felipe Massa meta lRaikkonen issupera lill-Brażiljan bl-aktar mod spettakolari min-naħa ta’ barra fil-ħames kantuniera veloċi tal-aħħar dawra.
Is-sewwieq ta’ 17-il sena ta’ Toro Rosso, Max Verstappen, kiseb is-seba’ post quddiem sieħbu tal-istess tim, Carlos Sainz Jr.
Iż-żewġ sewwieqa żgħażagħ tar-Red Bull għelbu lil dawk b’aktar esperjenza Daniel Ricciardo u Daniil Kvyat qabel kien mitlub jirtira minħabba li saħnitlu s-sistema Hybrid fil-21 dawra.
Button li beda aħjar minn pożiżżjoni aħjar minn dik ta’ Alonso ma kienx kapaċi jżomm il-pass tal-Ispanjol fit-tiġrija u rtira wara żewġ terzi mid-distanza meta kien lejn l-aħħar.
Kif Spiċċaw
1 S. Vettel Ferrari
2 L. Hamilton Mercedes
3 N. Rosberg Mercedes
4 K. Raikkonen Ferrari
5 V. Bottas Williams
6 F. Massa Williams
7 M. Verstappen Toro Rosso
8 C. Sainz Jr Toro Rosso
9 D. Kvyat Red Bull
10 D. Ricciardo Red Bull
Klass Sewwieqa
1 L Hamilton 43
2 S. Vettel 40
3 N.Rosberg 33
4 F. Massa 20
5 K. Raikkonen 12
6 F. Nasr 10
7 V. Bottas 10
8 D. Ricciardo 9
9 N. Hulkenberg 6
10 M. Verstappen 6
11 C. Sainz Jr 6
Klass. Kostrutturi
1 Mercedes 76
2 Ferrari 52
3 Williams 30
4 Sauber 14
5 Toro Rosso 12
6 Red Bull 11
7 Force India 7
8 Lotus 0
9 McLaren 0
10 Manor 0