It-toroq ta’ Tuneż il-Ħadd imtlew bin-nies biex jipprotestaw kontra l-atti terroristiċi reċenti f’pajjiżhom.
Il-marċ intemm quddiem il-Mużew Bardo, ix-xena tal-attakk u li fih inqatlu 22 turist, bl-aħħar vittma tmut il-Ħadd – turista Franċiża li kienet indarbet fl-attakk. Preżenti għal dan il-marċ kien hemm il-President Franċiż Francois Hollande kif ukoll Matteo Renzi, il-Prim Ministru Taljan u rappreżentanti oħra ta’ Gvernijiet minn madwar id-dinja.
Sigħat qabel ma bdiet id-dimostrazzjoni, l-awtoritajiet Tuneżini ħabbru li wieħed mis-suspettati ewlenin wara l-attakk, Lokman Abu Sakhra, kien inqatel f’rejd tal-Pulizija. Hu kien fost disa’ terroristi maqtula f’rejd li sar is-Sibt f’Gafsa.
It-Tuneżini fit-toroq kontra t-terroriżmu
