Raġel ta’ 37 sena mill-Belt weġġa’ f’inċident tat-traffiku wara li l-mutur li kien qed isuq għal xi raġuni kellu impatt ma’ karozza tat-tip Mistubishi Lancer li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena.
Bl-impatt, ir-raġel li kien qed isuq il-mutur tar għal fuq il-karozza, bil-konsegwenza li ġarrab xi ġrieħi. Fuq il-post issejjħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.
//= $special ?>