Waqt summit tal-Lega Għarbija, il-mexxejja Għarab qablu li tinħoloq forza militari Għarbija biex tibda tintervjeni fi kriżijiet fir-reġjun.
Id-deċiżjoni tal-mexxejja Għarab ittieħdet waqt summit f’Sharm el-Sheikh u ttieħdet fl-isfond tal-kriżi fil-Jemen kif ukoll it-theddida mill-militanti Iżlamiċi fl-Iraq, is-Sirja u l-Libja.
Il-ħoqlien tal-forza mistennija tieħu x-xhur u se tkun magħmula minn 40,000 suldati appoġġjati minn ajruplani u bastimenti tal-gwerra.
Bħalissa hemm koalizzjoni ta’ għaxar pajjiżi mmexxija mill-Arabja Sawdija li qed twettaq attakki mill-ajru kontra r-ribelli fil-Jemen. L-attakki qed isiru b’appoġġ għall-President Abdrabbuh Mansour Hadi, li kellu jaħarb wara l-avvanz tar-ribelli Xiiti tal-Houthi.
Jaqblu fuq il-ħolqien ta’ forza militari Għarbija
