Ġie inawgurat ġnien ġdid f’Ta’ Kerċem, proġett tal-kunsill lokali, bl-isem Ġnien għall-Familja.
Il-proġett, inawgurat mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, kien ko-finanzjat minn fondi tal-UE. B’kollox fisser l-investiment ta’ ftit iktar minn €300,000.
Il-proġett jikkonsisti f’park botaniku f’żona rustika li ġiet imsebbħa mill-kunsill lokali ta’ Kerċem. Il-proġett mistenni jippromwovi l-patrimonju rurali tal-Gżejjer Maltin u jsebbaħ l-inħawi tal-madwar. L-inizjattiva se tgħin ukoll lill-kunsill lokali biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u tal-viżitaturi. B’dan il-proġett se jinħoloq park botaniku b’veduti spettakolari tal-parti l-kbira t’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex qal li proġetti bħal dawn huma konformi mal-politika ekoloġika tal-Gvern dwar Għawdex u tinkoraġixxi l-iżvilupp ta’ Għawdex bħala prodott turistiku distint. Anton Refalo qal li permezz ta’ diversi proġetti mill-Gvern, mill-kunsilli lokali u mill-għaqdiet mhux governattivi f’Għawdex qed jiġi ġġenerat aktar ġid li jitgawda minn kulħadd.
//= $special ?>