Anzjan kellu bżonn l-assistenza qrib il-bajja ta’ Golden Bay wara li waqa’ fil-Wied li jinsab biswid il-bajja. Ir-raġel, barrani ta’ 78 sena, kien miexi qalb meta għal xi raġuni waqa’ bil-konsegwenza li nqabad qalb is-siġar u l-ħaxix ħażin b’mod li ma setax isib triqtu ‘l barra.
Ir-raġel, li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, informa lill-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa tal-Mosta li marru fuq il-post sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom. Fuq il-post marru wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu lir-raġel ‘il barra mill-periklu.
L-inċident seħħ is-Sibt. Ir-raġel ma weġġax f’dan l-inċident, filfatt hu rrifjuta l-assistenza ta’ ambulanza li marret fuq il-post sabiex tassistieh.
//= $special ?>