Ministri minn sitt qawwiet mistennija jiltaqgħu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iran sabiex jiddiskutu mill-ġdid il-programm nukleari tal-Iran.
L-ewwel laqgħa sħiħa se ssir illum bl-iskop li jintlaħaq xi tip ta’ ftehim sa’ nhar it-Tlieta. L-għan ta’ dawn id-diskussjonijiet huma sabiex l-Iram tinżamm milli tkun tista’ tipproduċi biżżejjed materjal nukleari biex tibni arma waħda li tkun tista’ tintuża.
Is-sitt qawwiet li se jidħlu f’diskussjonijiet mal-Iran jinkludu l-Istati Uniti, il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, iċ-Ċina u r-Russja, bid-diskussjonijiet li se jsiru fl-Isvizzera.
//= $special ?>