Lokali Unjoni Ewropea

Għalkemm l-UE għandha tgħin lill-immigranti fil-periklu, għandha tassigura s-sigurtà tal-membri – Doanld Tusk

L-Ewropa m’għandhiex tiftaħ il-bibien tagħha għal kulħadd. Filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà tgħin lill-immigranti fil-periklu, għandha tassigura s-sigurtà u l-istabbiltà tal-membri tagħha.

Dan qalu l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tus f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat f’Kastilja. Hu sostna li biex tissaħħaħ il-ħidma ta’ stabbiltà fil-Mediterran, hu importanti li jiġu indirizzati problemi bħall-faqar, l-immigrazzjoni irregolari u anke t-terroriżmu.

Bħala President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk qal li jrid jisma’, jitgħallem u jiddiskuti dwar x’tista’ tagħmel l-Unjoni Ewropea għal pajjiżi bħal Malta. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea għandha twarrab il-proposti l-antiki tagħha, li hu sejħilhom bħala “biss illużjonijiet”.

Dwar il-laqgħat ma’ Joseph Muscat, Donald Tusk qal li dawn kienu laqgħat utli. Spjega li l-istess temi se jiġu diskussi wkoll waqt laqgħat oħdajn li mistenni jkollu fil-jiem li ġejjin fi Spanja u l-Italja.