Ġimgħatejn qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, Joseph Muscat jinsab għaddej b’kampanja sfrenata kontra l-Oppożizzjoni.
Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, fejn spjega wkoll kif Muscat jinsab għaddej b’dawn l-allegazzjonijiet għal ħaġa waħda: għax jinsab dahru mal-ħajt wara żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali li jċanfruh fuq żewġ skandli separati.
Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-indħil personali tiegħu fl-iskandlu tal-Cafe’ Premier.
Joseph Muscat għandu jieħu azzjoni kontra Konrad Mizzi talli ndaħal fl-għażla tal-kumpanija ma’ min l-Enemalta tagħmel il-hedging.
Joseph Muscat għandu wkoll jerfa’ r-responsabbiltà politika għal kif Cyrus Engerer ingħata s-security clearance minkejja r-rekord kriminali tiegħu, u ta’ dan ir-rekord qed jitħallas is-somma ta’ €85,000.
“Fi tliet ġimgħat kampanja elettorali, Muscat kien biss negattiv; Muscat kapaċi biss biex jattakka”, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>