Lokali

Il-FKNK tikkundanna kull ksur ta’ regolamenti

B’referenza gћal xi rapporti li xxerdu fil-midja riċentement u li jikkonċernaw insib waqt staġun magћluq, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) gћal darb’oћra tikkundanna pubblikament kull ksur ta’ regolamenti tal-kaċċa u l-insib li jista jsir.

Barra minn hekk, kull att illegali jagћmel ћsara kbira lill-eluf ta’ nassaba u kaċċaturi li josservaw il-liġijiet kollha.

Gћaldaqstant, il-FKNK ser iżżid il-pressjoni sabiex tkompli bil-‘policy’ tagћha ta’ ‘zero tolerance’ ma kull min jinqabad u jinstab ћati fil-Qrati tagћna.