Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ddaħħal għal xi ħin l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li hu mifhum li sofra minn attakk tal-qalb.
Is-sit Newsbook.com.mt irrapporta li l-Ministru għal Għawdex bejn is-Sibt u l-Ħadd kellu jitwassal l-Isptar f’Malta permezz ta’ Ambulanza.
Hu mifhum li Anton Refalo, li għandu 59 sena, ħassu ħażin is-Sibt filgħaxija, hekk kif aktar kmieni attenda għall-attività politika organizzata mill-Partit Laburista fin-Nadur.
Mhux magħruf jekk il-Ministru Anton Refalo għadux qed jinżamm rikoverat l-Isptar Mater Dei, hekk kif baqgħet ma nħarġet l-ebda stqarrija mill-Gvern jew mill-Partit Laburista dwar dak li ġara.
//= $special ?>