Internazzjonali Knisja

Il-Papa Franġisku se jiltaqa’ ma’ Obama fil-White House

Il-Papa Franġisku mistenni jżur il-White House u jiltaqa’ mal-President Amerikan Barack Obama fit-23 ta’ Settembru meta jżur l-Istati Uniti.

Dan se jkun l-ewwel vjaġġ tal-Papa Franġisku fl-Istati Uniti minn kemm ilu jmexxi l-Knisja Kattolika. Fi stqarrija mill-White House ntqal li għad-diskussjoni hemm diversi suġġetti fosthom l-għajnuna lill-marġinalizzati u lill-foqra, iktar opportunitajiet ekonomiċi għal kulħadd, l-ambjent, minoritajiet reliġjużi u libertajiet reliġjużi madwar id-dinja, u l-merħba lill-immigranti u lir-refuġjati fil-komunitajiet.

Obama u l-Papa Franġisku ltaqgħu l-ewwel darba f’Marzu tas-sena li għaddiet fil-belt tal-Vatikan. Dakinhar iddiskutew temi simili kif ukoll is-sitwazzjoni fis-Sirja.