Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara assistew anzjana li nstabet mixħuta mal-art wara li waqgħet u weġġgħet fir-residenza tagħha fi Triq l-Imrieħel f’Birkirkara.
Kien ġar tal-anzjana li rraporta lill-Pulizija li l-anzjana kienet qed tokrob għall-għajnuna. Il-bieb ta’ barra tar-residenza kien magħluq imma dak ta’ wara kien miftuħ u għalhekk kien hemm il-biża’ li l-anzjana sfat misruqa.
Fil-post waslu l-Pulizija li talbu għal tim mediku mill-Isptar Mater Dei minħabba li l-anzjana kienet muġugħa u ma setgħetx timxi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija ma jirriżultax li kien hemm żgass u ma nstabet l-ebda irregolarità fir-residenza. L-anzjana ma kelliex sinjali ta’ vjolenza.
//= $special ?>