Lokali

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Leah Xuereb

Iċ-ċkejkna Leah Xuereb illum se tingħata l-aħħar tislima waqt il-funeral li se sir fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar fil-parroċċa ta’ Għajnsielem.

Leah tilfet il-battalja kontra l-kanċer nhar is-Sibt li għadda, wara snin ta’ tbatija.

Bit-tbissima fuq wiċċha, Leah serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin. Ispirazzjoni għal ħafna, hekk kif bl-għajnuna tal-ġenituri Zhana u Jonathan, kienet eżempju ta’ determinazzjoni u kuraġġ.

Filfatt Leah baqgħet tiġġieled, eventwalment anke ma’ trombosi li żviluppatilha, u bdiet tattendi l-iskola Primarja ta’ Għajnsielem fejn tgħallmet ukoll il-ballet.

Il-familja talbet biex min jixtieq jagħti xi donazzjoni għandu jgħaddiha lil Puttinu Cares u min se jattendi għall-funeral hu mitlub jilbes l-abjad.