Lokali

Koppja Taljana misruqa waqt vaganza f’Malta

Koppja Taljana sfaw misruqa iktar kmieni llum minn persuna mhux magħrufa li ħa l-basket tal-mara u ħarab minn fuq il-post. Dwar dan il-każ sar rapport għand il-Pulizija.

Iktar tard il-basket tal-mara nstab mixħut mal-art matul il-waterfront f’Tas-Sliema, b’xi affarijiet nieqsa imma bid-dokumenti tal-koppja, fosthom passaporti u karti tal-identita’.

Il-basket instab minn Malti li rnexxielu jagħmel kuntatt ma’ bint il-koppja lura fl-Italja u se jkun qed jirritorna l-basket lura lit-Taljani.