Lokali Parlament Saħħa

Nuqqas ta’ infermiera fl-isptarijiet

Bl-iskuża tal-espanzjoni li qiegħed jitkellem dwarha l-Gvern u li qiegħed iffissirha bħala sinifikanti, il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi ħarab li jwieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ infermiera fl-isptarijiet.

Ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg staqsiet fil-Parlament lill-Ministru Konrad Mizzi, jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera; kemm ilhom għaddejin it-taħditiet mal-unions; u ma’ liema unions iltaqa’ u kemm il-laqgħa kellu ma’ kull union.

Il-Ministru Konrad Mizzi ma wieġeb għal ebda mistoqsija tax-Shadow Minister, u qal biss li minħabba espansjoni sinifikanti li qiegħda ssir fil-qasam tas-saħħa, id-diskussjonijiet fuq postijiet vakanti huma kontinwi.

Filwaqt li fisser ukoll li l-laqgħat isiru fuq bażi regolari, ma ta ebda dettalji dwar in-nuqqas ta’ infermiera hekk kif il-Gvern qiegħed ikollu jirrikorri biex jimpjega infermiera barranin, fosthom infermiera Spanjoli li għandhom dififkultà ta’ komunikazzjoni.