Għall-aħħar jiem raġel ta’ nazzjonalità barranija kien innutat jorqod mal-art, fit-toroq tal-Gżira u l-madwar, mgħotti biss minn biċċa drapp.
F’ritratti li ttellgħu fuq Facebook, dan ir-raġel jidher mixħut mal-art, rieqed wara karozza pparkjata.
Minkejja din is-sitwazzjoni xejn sabiħa ta’ faqar estrem, kummenti fuq Facebook ftit li xejn kienu kumpassjonali, b’uħud jesprimu t-tama tagħhom li r-raġel jorqod wara l-karozza tagħhom ħalli jkunu jistgħu jirriversjaw fuqu taparsi bi żball.
Filwaqt li kien hemm min ħa gost li kieku tgħaddi karozza minn fuqu tiksirlu għadmu kollu, ħaddieħor ikkunsidra lir-raġel bħala borża taż-żibel.
//= $special ?>