Lejn disfatta għas-Soċjalisti fil-kunsilli lokali Franċiżi
Il-Partit taċ-Ċentru Lemin, UMP, immexxi mill-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy jidher li ġie l-ewwel fit-tieni u l-aħħar rawnd ta’ elezzjonijiet lokali li saru fi Franza.
Kollox qed jindika li l-partit ta’ Sarkozy rebaħ minn tal-inqas 65 kunsill lokali. Dan filwaqt li s-Soċjalisti jistgħu jitilfu madwar 30 kunsill lokali.
Min-naħa tiegħu, il-Partit tal-Lemin Estrem, il-Front Nazzjonali, immexxi minn Marine Le Pen ukoll mistenni li jżid ir-rebħ f’numru ta’ kunsilli lokali fi Franza. B’hekk, dan il-partit spiċċa it-tieni l-akbar wieħed fi Franza filwaqt li dak Soċjalista ta’ François Hollande spiċċa fit-tielet post.
Dawn l-elezzjonijiet qed ikunu kkunsidrati bħala prova għall-partiti politiċi Franċiżi qabel l-elezzjoni Presidenzjali li se ssir fl-2017.
//= $special ?>