Lokali

Sewwieq jaħbat ma’ ħajt tas-sejjiegħ u jinqaleb bil-karozza

Sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi wara li għal xi raġuni, waqt li kien għaddej bil-vettura tiegħu f’Santa Katerina, fil-Għargħur, laqat ħajt tas-sejjiegħ bil-konsegwenza li l-vettura nqalbet.

Fuq il-post waslu l-Pulizija tad-Distrett. Madankollu s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi u ma kellu bżonn l-ebda assistenza medika.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta ta’ nofs il-lejl.