Il-Ministru Michael Farrugia naqas fil-Parlament li jgħid min huma l-membri tat-tim multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar residenzjali tal-Gvern, li jinkludu wkoll sodod mixtrija mill-Gvern fi djar tal-anzjani privati, kif ukoll għar-residenza San Vinċenz de Paul.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, iwieġeb mistoqsija parlamentari li kien diġà ma weġibx għaliha biex jindika kemm u min huma l-persuni li qed jiffurmaw it-tim ta’ professjonisti multidixxiplinarji.
Il-Ministru Michael Farrugia qal fit-tweġiba li ta, li t-tim ta’ professjonisti multidixxiplinarji jikkonsisti mill-Konsulenti tal-Ġerjatrija fid-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità li huma 11, kif ukoll tobba, terapisti u social workers li jkunu qegħdin jaħdmu magħhom fid-dipartimenti, kemm fl-Isptar Karin Grech, fl-Isptar Mater Dei u f’San Vinċenz de Paul u fil-Kommunità.
Il-Ministru Farrugia ma qalx iżda, min huma dawn il-professjonisti u l-membri ta’ dan it-tim, biex b’hekk il-Ministru baqa’ ma weġibx mistoqsija li ilha ssirlu fil-Parlament biex jagħti l-ismijiet tal-persuni li jiffurmaw parti minn dan it-tim b’funzjoni u bi rwol importanti.
//= $special ?>