Lokali

Vandalizzati numru ta’ vetturi f’San Pawl il-Baħar

habta
Incident

Numru ta’ sidien ta’ vetturi f’San Pawl il-Baħar fl-aħħar jiem sabu l-karozzi tagħhom vandalizzati minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Fost il-każi li seħħew fl-aħħar jiem, jispikkaw in-numru ta’ każi li seħħew fi Triq Paredes u Triq San Publiju.

F’dawn il-każi s-sidien irrapurtaw grif mal-karozzi tagħhom, filwaqt li f’każ partikolari sidt karozza sabet il-bumper tal-karozza maqsum.

Residenti spjegaw li dawn l-atti ta’ vandaliżmu, b’mod speċjali f’dawn iż-żewġ toroq, ilhom għaddejjin numru ta’ ġimgħat.