Riċerka ġdida mill-mużew ta’ Anne Frank żvelat li l-mewta ta’ din it-tifla famuża, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, x’aktarx seħħet ġimgħat qabel id-data stabbilita mill-esperti tal-istorja.
Il-mużew jinsab f’Amsterdam, fl-Olanda, u l-aħħar żviluppi ħarġu fis-70 anniversarju tad-data uffiċjali tal-imwiet ta’ Anne u oħtha, Margot. Fil-fatt, ir-riċerkaturi, Erika Prins u Gertjan Broek, qed jgħidu li Anne u Margot x’aktarx mietu bit-tefojde, fi Frar tal-1945, u mhux lejn l-aħħar ta’ Marzu.
Id-djarju ta’ Anne Frank dwar ħajjitha hi u tipprova tistaħba lin-Nażisti waqt il-gwerra aċċerta li hi se tibqa’ simbolu għat-tbatija tal-vittmi (Lhud) tal-Olokawst.
Intant, ir-riċerka, li tibbaża fuq ir-rakkonti tax-xhieda u numru kbir ta’ dokumenti, tenfasizza l-kundizzjonijiet terribbli li kellhom ibatu l-Lhud fil-kamp tal-konċentrazzjoni ta’ Bergen-Belsen, fejn Anne Frank kellha titlef ħajjitha, fl-eta ta’ 15 il-sena.
//= $special ?>