Qorti

Atteġjament aggressiv wara partita futbol — l-akkużżat se jitressaq il-Qorti

Nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu għall-ħabta tal-17,00 waqt tmiem il-logħba bejn Għargħur kontra San Ġwann, kien hemm sapporter min-naħa ta’ San Ġwann li beda joffendi xi plejers tal-Għargħur. Il-partita ntlagħbet ġewwa l-Istadium taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali.  Dan seħħ fil-waqt li l-plejers kienu deħlin ġewwa ċ-changing rooms. Is-sapporter ta’ San Gwann beda joffendi bil-kliem dispreġattiv. F’dak il-ħin il-pulizija avviċinawh u kelmuh biex jieqaf minn dan l-atteġjament iżda dan minflok wieġeb b’mod agressiv lejn il-Pulizija.

Il-Pulizija talbitu jieqaf pero r-raġel baqa’ sejjer bl-istess atteġjament aggressiv lejn il-Pulizija. F’dak il-mument il-Pulizija talbuh in-Numru tal-Identita’ u d-dettalji tiegħu fejn f’dak il-ħin ukoll l-atteġjament tal-persuna baqa’ bl-istess attidudni. Ftit tal-ħin wara kien hemm xi persuni li fixxklu l-pulizija mix-xogħol tagħhom u ħadu lir-raġel fil-biċċa tal-VIP.

Il-Pulizija reġgħu talbu lill-akkużżat biex jgħati d-dettalji tiegħu issa dan baqa’ jwieġeb b’mod aggressiv, iżda wara l-insistenza tal-pulizija id-dettalji ġew mgħotija biex l-akkużżat jitressaq quddiem il-Qorti.