Blogger fil-kapitali tal-Bangladexx, Dhaka, inqatel wara li ġiet attakkat b’sikkina. Xahar ilu, kittieb prominenti ateju wkoll inqatel f’attakk simili.
L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP ikkwotat uffiċjal tal-Pulizija li qal li żewġ studenti f’seminarju Iżlamiku ġew arrestati wara l-qtil ta’ Washiqur Rahman, li nqatel qrib ħafna tad-dar tiegħu. Rahman inqatel fi triq traffikuża ħafna meta allegatament iż-żewġ żgħażagħ attakkawh bi skieken tal-laħam. Iż-żgħażagħ qalu lill-Pulizija li wettqu l-attakk minħabba l-kitba tiegħu anti-Iżlamista.
Il-qtil ta’ Washiqur Rahman reġa’ qajjem biża’ għal-libertà tal-kelma fil-Bangladexx fejn diversi kittieba sfaw attakkati minn militanti.
Rahman kien jikteb taħt l-isem fittizju Kucchit Hasher Channa jew ‘il-papra l-kerha’ u skont id-Dhaka Tribune, kien ikkritika twemmin irrazzjonali reliġjuż.
//= $special ?>