Fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, Justin Pace ingħata l-aħħar tislima wara l-mewta traġika li ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ ferrieħi ta’ 21 sena.
Justin miet traġikament wara inċident li seħħ il-Ħadd li għadda, li fih, iż-żagħżugħ waqa’ u ħabat rasu. Aktarx, ġie mbuttat minn wieħed minn sħabu waqt li kienu qed jilgħabu.
Il-Pulizija qed tinvestiga filmati minn kameras tas-sigurta’ sabiex jistabilixxu eżattament x’ġara.
Ara l-filmat b’xeni ta’ swied il-qalb mill-funeral li sar illum fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.
//= $special ?>