Fl-Arabja Sawdija testijiet obbligatorji tal-ġenetika wasslu biex fl-aħħar sena nfirdu 165,000 koppja. Is-Saudi Gazette qalet li dan seħħ wara li t-testijiet urew nuqqas ta’ kompatibilità ġenetika.
It-testijiet fl-Arabja Sawdija huma obbligatorji għal koppji li jixtiequ jiżżewġu. Dawn isiru biex jiġu identifikati mard bħall-HIV u l-anaemia bil-għan li jonqos ir-riskju li ġenituri jgħaddu kundizzjonijiet jew mard lil uliedhom.
Dr Mohammad al-Saidi, mill-Ministeru tas-Saħħa tal-Arabja Sawdija, qal li madwar 60% tal-koppji jtemmu r-relazzjoni tagħhom wara li jingħataw ir-riżultati tat-testijiet. Dan, skont hu, juri s-suċċess tat-testijiet għax is-soċjetà hi iktar konxja minn riskji mediċi u l-importanza ta’ saħħa tajba.
Riċerkatur fil-qasam tal-ġenetika, f’Jannar li għadda, qal li l-Arabja Sawdija għandha waħda mill-għola rati ta’ mard ġenetiċi fid-dinja.
//= $special ?>