MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-Pulizija qed tinvestiga l-mewt ta’ Justin Pace, ta’ 21 sena li miet nhar il-Ħadd wara li waqa’ fiż-zona ta’ Fuq il-Ġibjun fiż-Żurrieq.
Ilbieraħ il-Pulizija bdiet tinvestiga l-mewta traġika taż-żagħżugħ, partikolarment bl-għajnuna ta’ filmati minn kameras tas-sigurta’ li hemm fl-inħawi.
Kollox qed jindika li ż-żagħżugħ ġie imbuttat minn wieħed minn sħabu waqt li dawn kienu qed jilgħabu f’din iż-zona li fiha kienu jiltaqgħu ta’ spiss.
Fuq Facebook, għexieren ta’ persuni ħallew messaġġi ta’ kondoljanzi wara l-mewt taż-żagħżugħ li hu deskritt bħala wieħed ferrieħi, u li kien iħobb ħafna l-festa ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq.
Ilbieraħ, l-għarusa ta’ Justin ħalliet messaġġ ta’ qsim il-qalb fuq Facebook, li fih qalet li ma tafx kif se tkompli tgħix mingħajr iż-żagħżugħ.
Il-funeral ta’ Justin se jsir illum fit-3.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, wara li ntemmet awtopsja fuq il-kadavru taż-żagħżugħ.
//= $special ?>