Il-Pulizija qed tinvestiga serqa ta’ dgħajsa, aktarx minn żewġ żgħażagħ li madanakollu għadhom ma ġewx identifikati.
Is-serqa seħħet is-Sibt mix-Xatt ta’ Tas-Sliema, b’żewġ żgħażagħ li ġew innutati jitilgħu fuq id-dgħajsa u jbaħħru ‘l barra mix-Xatt. Dan segwa rapport ukoll li sar mis-sid li rrapporta li d-dgħajsa tiegħu kienet ġiet misruqa.
Malli ġiet infurmata bil-każ, il-Pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha fejn irriżulta li d-dgħajsa misruqa ntelqet ġol-iskal li hemm qrib il-klabb tal-boċċi tal-Kalkara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin, anke’ bil-għajnuna ta’ filmati minn kameras tas-sigurta’ li hemm il-Kalkara.
//= $special ?>