Sport

Illum ir-Regatta tal-31 ta’ Marzu

Fil-Port il-Kbir qed issir edizzjoni oħra tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu, fejn 7 distretti se jkunu qed jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha. Dawn huma l-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, l-Isla, l-Kalkara, l-Marsa u Marsamxett.

Bħas-soltu qed jerġgħu jsiru 10 tiġrijiet maqsuma f’żewġ kategoriji. Ħamsa għal Kategorija A u ħamsa għal Kategorija B li jingħataw premjazzjoni separati.

Il-Marsa huma l-holders ta’ din ir-regatta f’Kategorija A waqt li Bormla s-sena li għaddiet kienu rebħu Kategorija B. Għal darb’oħra ż-żewġ distretti mistennija jkunu fost il-favoriti għalkemm mistennija jkollhom sfida kbira minn Birżebbuġa li jidhru preparati tajjeb ħafna.