Sport

Jirbaħ it-Tazza Breda

SPARAR: Brian Galea rebaħ it-Tazza Breda li kienet kompetizzjoni Trap fuq 125 plattina u ħew’ rounds oħra ta’ 15 għas-semifinali u l-midalji, organizzata mill-Federazzjoni Maltija fil-Bidnija. Galea laqat 110, 13 u 12 biex spiċċa quddiem Jason J. Aquilina u George Mifsud li laqat il-MQS b’116 minn 125. Mir-raba’ sas-sitt post spiċċaw Mario Zammit li wkoll laqat il-MQS b’112, Paul Formosa u James Galea Jr.

Matul il-kompetizzjoni George Mifsud għamel żewġ straights u Mario Formosa kellu straight ieħor.