Il-mod kif Joseph Muscat qed jiddefendi lil Anton Refalo jqajjem suspetti u dubji kbar. Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija staqsa għalfejn Joseph Muscat qed jiddefendi daqshekk lil Anton Refalo.
Din hija mistoqsija li Muscat għandu jwieġeb, u jgħid x’jaf, meta sar jaf, u jammettix li gideb meta ntqal li l-Gvern sar jaf b’dan l-allegat każ mill-Maltatoday. Il-Partit Nazzjonalista qal Għalfejn il-Gvern ma marx għand il-pulizija meta sar jaf bl-allegat każ is-sena li għaddiet?
Sfortunatament, żied jgħid il-Partit Nazzjonalista, għandna Prim Ministru li bil-ferneżija tiegħu biex jitfa’ t-tajn, mhux kapaċi jaqra l-ġurnali, fost l-oħrajn il-ġurnal The Times li dalgħodu ta d-dettalji kollha tal-laqgħa li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu mas-Sur Cachia, nkluż l-email li għaddiet bejniethom. Għal xi raġuni, l-Prim Ministru jew ma rax din l-ispjegazzjoni, jew irid iqarraq u jdawwar il-verità.
Filwaqt li Muscat aġixxa malajr malli l-allegat każ ħareġ fil-media, sa issa għadna ma smajna b’xejn dwar l-investigazzjoni tal-aħħar sentejn. Il-Partit Nazzjonalista temm jistaqsi minn xiex qed jibżgħu Anton Refalo u Joseph Muscat.
//= $special ?>