Internazzjonali

L-elezzjonijiet fin-Niġerja jintrebħu minn Buhari

Muhammadu Buhari rebaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali tan-Niġerja u kiteb l-istorja mill-ġdid bħala l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni li rnexxielu jegħleb lill-President fil-kariga wara vot dirett fuq livell nazzjonali.

Intant, l-eks-President Niġerjan, Goodluck Jonathan, ammetta t-telfa u bagħat messaġġ ta’ kongratulazzjoni lil Buhari.

Mifhum li Buhari kellu vantaġġ ta’ xi żewġ miljun voti fuq Jonathan, iżda għalkemm l-osservaturi ( fil-parti kbira) faħħru l-mod kif imxiet l-elezzjoni, ma naqsux l-allegazzjonijiet ta’ frodi — bil-vjolenza u l-protesti mistennija li jispikkaw fis-sigħat li ġejjin.

Goodluck Jonathan kien ilu jmexxi lin-Niġerja mill-2010 u l-aħħar riżultati mill-elezzjoni tawh madwar 12.8 miljun vot kontra l-15 il-miljun vot għal Buhari.