Ir-Russja qalet li l-prospetti għal ftehim preliminari dwar il-programm nukleari tal-Iran kienu qed jidhru ferm pożittivi
Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, qal li kien qed jissieħeb mill-ġdid fit-taħditiet organizzati fl-Iżvizzera, fost l-indikazzjonijiet li ftehim kien qed jidher aktar viċin minn qabel.
In-negozjati maratona bejn l-Iran u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Uniti, ir-Russja, ir-Renju Unit, Franza, iċ-Ċina u l-Germanja għandhom l-iskop li l-Gvern Iżlamiku f’Teheran jirrestrinġi l-programm nukleari tiegħu u f’liema każ, jittieħdu l-miżuri biex l-Iran ma jkomplix ibati l-effett tas-sanzjonijiet imposti fuqu proprju minħabba l-kwistjoni nukleari.
//= $special ?>