Ritratt ta’ tifla ta’ ħames snin spiċċa jdur mad-dinja kollha permezz tal-internet wara li ċ-ċkejkna għaddiet minn mument ikrah, li dawk li għandhom annimal id-dar jibżgħu li jgħaddu minnu.
It-tifla fil-Vjetnam kienet ilha ġranet tfittex lill-kelb tagħha Flower, li għeb għal xi jiem, meta sabitu fis-suq mal-art, diġà maqtul u msajjar.
Il-laħam tal-kelb hu meqjus bħala ikel preġjat f’ċertu pajjiżi tal-Asja fosthom fil-Vjetnam, fiċ-Ċina u fil-Korea.
Qalb it-tifla nqasmet hekk kif għajtet “dak Flower!”, u r-ritratt juri d-disperazzjoni tagħha, meta rat lill-kelb tagħha, li kienet ilha trabbih tliet snin, imsajjar u kien se jinbiegħ bħala ikel. Ir-ritratt qasam il-qalb ta’ mijiet ta’ eluf li rawh u li fuq l-internet ikkummentaw li dak li rat iċ-ċkejkna kien iżżejjed għal tifla ta’ ħames snin. Appellaw ukoll biex jitwaqqaf milli jinbiegħ il-laħam tal-klieb għall-ikel.
//= $special ?>