Internazzjonali

F’Firenze jinstab il-katavru ta’ mara

Qrib Firenze fl-Italja, instab katavru ta’ persuna, aktarx ta’ mara li ilha nieqsa, li kien imgeżwer u mormi mal-ġemb tat-triq ’il barra mill-belt.

Persuna li kienet għaddejja mit-triq irrappurtat dik li kienet qisha borża kbira sewda tal-iskart mormija f’post fejn mhux soltu jkun hemm skart, imma mill-plastik dehret tfeġġ id.

Il-katavru nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, aktarx ta’ mara ta’ 43 sena, Irene Focardi, li dwarha sar rapport ftit ġimgħat ilu wara li ma rritornatx id-dar. Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll lill-ekssieħeb tal-mara, li madankollu qed jiskonta sentenza ta’ ħabs mid-dar wara li kien ikkundannat sena ilu għal trattament mhux xieraq.

Imma r-raġel la għandu karozza u, mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija, qatt ma ħareġ mid-dar.
Il-fdalijiet tal-katavru, li ma setax jingħaraf, kien għad kellu l-ħwejjeġ lebsin.