Internazzjonali

“Fl-2009 kien irrapporta li kellu dipressjoni”

Snin qabel l-inċident tal-Germanwings, il-ko-pilota Andreas Lubitz kien qal li kellu episodju ta’ dipressjoni f’ħajtu.

Il-każ imur lura għal 2009 meta Lubitz kien tkellem mal-iskola tat-taħriġ tal-piloti u qalilhom li kien għadu kemm ħareġ minn episodju ta’ dipressjoni qawwija.

Dan ikompli jixħet iktar dubju fuq il-kumpanija Germanwings, sussidjarja tal-linja tal-ajru Lufthansa.