“Jekk int qed tesperjenza perijodu ta’ dippressjoni f’ħajtek, għandek titkellem u tfittex għajnuna”.
Dan qalitu fi stqarrija il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Antoinette Shah b’reazzjoni għar-rapporti li kien hemm fl-aħħar jiem fil-media wara t-traġedja tal-Germanwings, hekk kif sar magħruf li l-bdot kien għaddej minn perijodu ta’ dippressjoni.
Richmond akkużat lill-ġurnalisti li qed ixerrdu l-biża’ u aktar stigma permezz ta’ kif irrappurtaw din it-traġedja. Fl-istqarrija intqal li id-dippressjoni hija kundizzjoni komuni fost 20 fil-mija tal-adulti. Nies bħal Winston Churchill, Mozart u Charles Dickens kollha esperjenzaw din il-kundizzjoni.
Il-Fondazzjoni Richmond saħqet li min ikollu dippressjoni mhux neċessarjament li ma jkunx tajjeb biex jaħdem. Din hija referenza ċara għall-kummenti li saru wara li bosta ikkummentaw illi l-bdot tal-Germanwings messu ma tħalliex itajjar ajruplani.
Richmond fakkret illi kull min jeħrieġ għajnuna jista’ jagħmel kuntatt mal-Fondazzjoni billi jċempel fuq 21 440 324.
//= $special ?>