Fil-Qorti t’Għawdex fl-aħħar jiem qed ikun hemm riħa qawwija ta’ dranaġġ li qed twassal għal skumdita’ fost in-nies li għandhom il-kawżi, kif ukoll il-ħaddiema tal-Qorti.
Għad mhux magħruf x’wassal għal din ir-riħa qawwija. Problema li baqgħet mhux solvuta minkejja li r-riħa ilha tippersisti.
Rapporti li waslulna jgħidu li r-riħa matul l-għodwa ta’ llum tqawwiet iktar mill-jiem li għaddew.
//= $special ?>