Diversi fergħat tal-bank HSBC dalgħodu ma fetħux il-bibien tagħhom. Dan wara li l-Union tal-Ħaddiema tal-Banek (MUBE) qed tħarrax l-azzjonijiet industrijali fl-HSBC wara li ma rċeviet ebda kontro-proposti mill-management tal-Bank wara li l-istess management irtira minn ftehim li kien intlaħaq f’Awwissu tas-sena li għaddiet.
B’riżultat ta’ dan, l-MUBE ordnat lill-membri tagħha fil-bank HSBC biex iwettqu sit-in strike. Fi stqarrija, l-MUBE tifhem li din l-azzjoni se jkollha effett fuq is-servizz lill-klijenti u jiddispjaċieha għal kull inkonvenjent.
L-MUBE qed tinsisti li l-bank għandu jagħmel sforz ikbar biex ikunu hemm negozjati li jkunu ġusti mal-gradi kollha tal-ħaddiema fil-bank.
//= $special ?>