Wara li d-dinja rat is-‘selfie sticks’ isiru wieħed mill-aktar aċċessorji popolari biex wieħed jieħu l-aqwa stessu possibbli, issa jidher li d-disinjaturi tal-moda sabu mod ieħor kif in-nisa jistgħu jieħdu ‘selfie’.
Disinjaturi tal-moda filfatt ħolqu dak li qed jissejjaħ is-‘selfie shoes’. Dan it-tip ta’ żarbun ġdid jagħmilha faċli għan-nisa biex iwaħħlu l-ismartphone mat-tarf taż-żarbun, jgħollu saqajhom u jieħdu r-ritratt!
Iżda jista’ jkun li l-introduzzjoni ta’ dan iż-żarbun hu sempliċiment ċajta f’April’s Fool?
//= $special ?>