Bħal-lum 10 snin, kien il-jum li fih id-dinja tilfet mexxej kariżmatiku, ikona reliġjuża, u figura ta’ missier. Bħal-lum għaxar snin, id-dinja sellmet lill-Papa Ġwanni Pawlu II li kien miet fl-eta’ ta’ 84 sena.
Il-Papa Pollakk, Karol Wojtyla, kien personaġġ li immarka l-istorja bil-ħsibijiet tiegħu, bit-tagħlim li xerred, bil-preżenza fost iż-żgħażagħ, u l-vjaġġi appostoliċi madwar id-dinja kollha.
Ġwanni Pawlu II kien l-ewwel Papa mhux Taljan sa mis-Seklu 15. Hu beda l-Pontifikat tieghu fl-1978, u kellu t-tieni l-itwal pontifikat fl-istorja tal-Knisja Kattolika.
Il-Papa Gwanni Pawlu II matul is-snin seraq ukoll il-qlub tagħna il-Maltin. B’mod partikolari wara l-ewwel żjara ta’ Karol Wojtyla f’Mejju tal-1990. Wara, rega’ zar Malta ghall-Beatifikazzjoni ta’ Dun Gorg Preca, Adeodata Pisani u Nazju Falzon.
Gwanni Pawlu II gie dikjarat qaddis is-sena li għaddiet mill-Papa preżenti – il-Papa Franġisku. Matul din il-gimgha, Frangisku ukoll sellem il-memorja ta’ Ġwanni Pawlu f’gheluq l-10 anniversarju minn mewtu.
Il-Papa Frangisku sostna li tul hajtu Gwanni Pawlu ġarr is-salib tat-tbatija b’ferha. Il-Papa saħaq li Wojtyla se jibqa’ mfakkar bħala Papa li kien xiehda ħajja tat-tifsira vera tal-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu.
//= $special ?>