Il-Gvernatur ta’ Kalifornja, Jerry Brown, implimenta l-ewwel mandat li jillimita l-użu tal-ilma u li jrid ikun osservat ‘bilfors’ mir-residenti ta’ dan l-Istat Amerikan.
Il-miżura storika hi dovuta għas-sitwazzjoni ta’ nixfa allarmanti, bid-direttiva timplimenta ‘tnaqqis ta’ 25 fil-mija fl-użu tal-ilma’ għall-ibliet u z-zoni ta’ Kalifornja.
Il-mandat, fost oħrajn, jillimita l-proġetti għat-tisqih madwar Kalifornja, bl-awtoritajiet lokali jridu jintroduċu tipi ta’ ‘landscaping’ li huma tolleranti għall-effetti tan-nixfa. Dan wara li l-Gvernatur Brown, is-sena l-oħra, ikkonferma s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li ilha tiżviluppa għal snin, u fejn wissa li ‘n-nies iridu jirrealizzaw li qegħdin jgħixu f’era ġdida’.
Fil-preżent, il-borra qalb il-muntanji ta’ Kalifornja tinsab ‘fl-aktar livelli baxxi mindu bdew jinżammu r-rekords’. Għaldaqstant, il-provvisti tal-ilma li jistgħu jakkumulaw ladarba ddub din il-borra għandhom ikunu anqas min-normal, fix-xhur li ġejjin.
//= $special ?>