Lokali

Jaqa’ għoli ta’ madwar sular; fil-periklu tal-mewt

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ ġewwa fond fi Triq is-Sisla, Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinnhar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li l-ħaddiem, li għandu 36 sena residenti is-Siġġiewi sofra grieħi serji hekk kif waqa’ għoli ta’ madwar sular. Ir-raġel ġie meħud l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.

Bil-każ ġiet infurmata Magistrat tal-Ghassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li appuntat.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tistabillixxi l-fatti li seħħew fil-ħin tal-inċident.