Internazzjonali

Partijiet mill-Antartika issa għandhom temperatura daqs ta’ Malta fir-Rebbiegħa

Fil-kontinent tal-Artartika kienet reġistrata dik li forsi hi temperatura rekord, hekk kif il-peniżola fit-Tramuntana tal-Kontinent irreġistrat temperatura ta’ 17-il grad Celsius, eżatt bħat-temperatura li għandna f’Malta bħalissa.

Din it-temperatura kienet irrekordjata fl-24 ta’ Marzu, u qajjmet tħassib kbir fil-komunita’ internazzjonali, tant li l-Organizzazjoni Dinjija tat-Temp se tkun qed twaqqaf kumitat magħmul minn 10 esperti fil-qasam, biex jistudjaw dak li qed jiġri f’dan il-kontinent, li hu l-ikseħ wieħed fid-dinja.

Numerużi l-kummenti tal-esperti, li saħqu li din it-temperatura hija prova oħra tal-effett tal-bidla fil-klima.