Tressqu akkużi dwar tixħim fil-konfront tal-eks-Kap tas-Sigurtà Ċiniż, Zhou Yongkang, li hu anki akkużat dwar abbuż ta’ poter u talli ‘żvela s-sigrieti tal-Istat b’intenzjoni’.
Qabel irtira mill-kariga, fl-2012, Zhou kien wieħed mill-aktar uffiċjali influwenti fiċ-Ċina, fejn, fost oħrajn, mexxa l-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika, minbarra li kien imsieħeb fl-ogħla istituzzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq bażi nazzjonali.
Iżda Zhou spiċċa taħt investigazzjoni malli Xi Jinping laħaq President taċ-Ċina, fl-2013, u sena wara l-awtoritajiet Ċiniżi ħabbru l-proċess ta’ investigazzjoni formali, wara xhur ta’ spekulazzjoni.
Dan meta Zhou anki spiċċa mkeċċi mill-Partit Komunista li qed imexxi liċ-Ċina.
Il-każ kontra Zhou Yongkang qed jitmexxa minn qorti fil-belt ta’ Tianjin.
//= $special ?>