Lokali

Filmat: Jissallbu bl-imsiemer jew jifflaġellaw lilhom infushom għall-Ġimgħa l-Kbira

Id-devoti fil-Filippini fakkru l-Ġimgħa l-Kbira bis-soltu ritwali tradizzjonali, b’numru ta’ nies jissallbu bl-imsiemer jew jifflaġellaw lilhom infushom f’dimostrazzjonijiet ta’ sogħba u ndiema.

Ma setax jonqos li dawn ir-ritwali, bħal kull sena, attiraw l-eluf tal-ispettaturi, fosthom it-turisti barranin, li raw id-diversi purċissjonjiet u re-enactments tal-Passjoni ta’ Kristu qalb il-villaġġi ftit ‘il barra minn Manila.

Id-devoti li ssallbu din is-sena kienu jinkludu wkoll in-nisa, bl-avvenimenti tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu wkoll karatterizzati bil-penitenti qed jifflaġellaw lilhom infushom waqt li mexjin ħafjin mit-toroq u qalb l-għoljiet fil-limiti tal-villaġġi. Mat-80 fil-mija tal-poplu Filippin huma Kattoliċi.