NET Television se jxandar il-Funzjoni u l-Purċissjoni tal-Mosta
Il-Knisja Kattolika llum qed tfakkar Jum il-Ġimgħa l-Kbira, tifkira għażiża għall-Insara meta Ġesù Kristu offra ħajtu bil-Passjoni tiegħu sal-Mewt tas-Salib fuq l-Għolja tal-Kalvarju.
Fil-Knejjes kollha, illum ma jsirx Quddies. Filgħodu ikunu ħafna dawk li jkomplu bil-Viżti quddiem l-Artal tar-Ripożizzjoni, li jibdew il-Ħamis filgħaxija.
Fit-3 ta’ waranofsinhar, il-ħin meta jingħad li miet Ġesù, madwar id-dinja tibda l-Funzjoni bl-Adorazzjoni tas-Salib. Matulha, l-Insara miġbura fi Knisja mdallma u mneżża’ ifakkru r-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt, filwaqt li jaduraw l-Għuda tas-Salib.
Aktar tard, isiru l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. NET Television se jxandar il-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib u l-Purċissjoni mil-lokalità tal-Mosta.
Il-Knisja titlob li llum in-Nisrani jsum u jasteni mill-ikel. Din il-Festa twassal lill-Knisja Kattolika għall-akbar Festa tagħha … Jum l-Għid il-Kbir, il-Ħadd li ġej.
Filgħodu jkunu ħafna dawk li jkomplu bil-viżti li oħrajn ikunu għamlu anke f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija, b’sahra ta’ talb ma’ Ġesù fil-ġnien taż-Żebbuġ, saret f’ħafna mill-parroċċi matul il-lejl li għadda.
//= $special ?>