Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq terġa’ tipprova l-missili

Ir-reġim komunista fil-Korea ta’ Fuq wettaq il-provi ta’ erba’ missili li jwasslu fuq id-distanzi qosra u li kollha niżlu fil-baħar, ‘il hinn mill-kosta lejn il-Punent.

Uffiċjali militari tal-Korea t’Isfel qalu, fi stqarrija, li l-missili ‘tal-Komunisti’ koprew distanzi ta’ 140 kilometru u li kienu sparati mill-inħawi ta’ Dongchang-ri.

Din mhix l-ewwel darba li l-Korea ta’ Fuq wettqet il-provi militari bi protesta għall-eżerċizzji militari konġunti tal-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti – u meta bħalissa għadha għaddejja waħda minn dawn l-eżerċizzji.