Jimi Busuttil, ir-raġel li nterpreta l-parti ta’ Karmenu, jew “in-nannu” fil-film Simshar miet fl-età ta’ 65 sena.
Jimi Busuttil miet l-Erbgħa, f’jum għeluq sninu. Minn dawk li jafuh mill-qrib, Jimi kien deskritt bħala ġentlom, onest, b’karattru sinċier u li dejjem kien ifittex li jgħin lil ħaddieħor.
Il-film bil-Malti ‘Simshar’ ħareġ is-sena li għaddiet, u hu bbażat fuq storja vera. Simshar kien intgħażel biex ikun is-sottomissjoni minn Malta għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija għas-87 edizzjoni tal-Oscars, madanakollu ma kienx nominat. Din kienet l-ewwel darba li film minn Malta ingħażel biex ikun sottomess għall-kunsiderazzjoni fl-Oscars.
//= $special ?>